Page 6 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 6

AQSAM IT-TALENTI TIEGĦEK PERMEZZ TAL-VOLONTARJAT
                 Ikollok id-deni
 Ikollok is-sola
      Ikollok qtugħ ta’ nifs.
(Ikompli minn paġna 5)
X’inhuma s-sintomi?
Sa issa nafu li s-sintomi komuni huma wieħed jew aktar minn dawn: Deni, sogħla u qtugħ ta’ nifs.
Kemm hi serja din l-infezzjoni?
Ġeneralment tittieħed ħafif, imma tista’ tikkaġuna n-numonia u problemi kbar respiratorji li jistgħu jwasslu sal-mewt.
Kemm iddum biex tiżviluppa s-sintomi?
Iż-żmien ta’ inkubazzjoni jiġifieri ż-żmien bejn li wieħed jieħu l-virus u ż-żmien li wieħed jibda juri s-sintomi jista’ jieħu bejn 2 sa 14-il ġurnata.
Kif jittieħed il-Corona Virus -19?
L-infezzjoni tal-COVID-19 hija trassmessa min-nies li jkunu qed iġorru l-virus. Din il-marda tista’ tinfirex minn persuna għal oħra mill-qtar li joħroġ mill-imnieħer jew il-ħalq meta persuna tgħatas jew tisgħol.
Dawn il-qtar jibqgħu għal diversi sigħat fuq oġġetti u uċuħ madwar il-persuna milquta. L-infezzjoni tal COVID-19 tittieħed meta persuna tmiss dawn l-oġġetti u wara jmiss għajnejh, imnieħru jew ħalqu. Il-COVID-19 tista’ wkoll titieħed meta persuna tiġbed ‘l ġewwa permezz tan-nifs il-qtar li jkun għadu fl-arja wara wieħed ikun għadu kemm għatas jew sogħol.
                https://volunteers.mt
           6
    


















































































   4   5   6   7   8