Page 4 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 4

 S
A
T
Z JAT
T
H
V
H
TA
Q
IE
A
O
A
S
L
G
L
L
-
R
A
E
Ħ
U
V
I
N
M
NG
E
N
T
O
K
T
IT
T
LO
Y
-T
P
H
EE
O
E
N
A
R
R
R
U
O
T
I
L
M
A
N
R
ENTI
U
R
E
G
G
Z
4
(Ikompli minn paġna 3)
Minbarra dan, il-gvern ippubblika lista sħiħa ta’ ħwienet ta’ bejgħ mhux essenzjali u ħwienet li jipprovdu servizzi mhux essenzjali li jridu jibqgħu magħluqa mit-Tnejn 23 ta’ Marzu liema direttiva hija mistennija li tibqa’ fis-seħħ sa avviż ieħor.
Il-lista ġiet ikkomunikata nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru. L-għeluq ta’ dawn il-ħwienet ġie ordnat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u japplika għall- ħwienet kollha li n-negozju ewlieni tagħhom għandu x’jaqsam mal-bejgħ ta’:
Ħwejjeġ, Ħwejjeġ tal-iSports, Ġojjellerija, Basktijiet tal-Idejn u Oġġetti tal-Ġilda, Costume Jewellery u Aċċessorji, Żraben, Nuċċalijiet mingħajr riċetta, Fwejjaħ, Prodotti tas-Sbuħija, Appliances tad-dar, Souvenir shops, Discount stores, Ħwienet tal-Bagalji, Ħwienet tal-Ġugarelli, Ħwienet tal-Hobbies, Għamara, Floristi u ħwienet tal-vaping.
Id-deċiżjoni tapplika għall-ħwienet, kemm jekk joperaw f’xi ċentri kummerċjali u / jew x’imkien ieħor. Dawn il-ħwienet jistgħu xorta jbigħu u jipprovdu servizzi ta’ kunsinna tal- prodotti tagħhom fil-komunità.
Ħwienet li jipprovdu servizzi mhux essenzjali ser ikollhom ukoll jagħlqu. Dawn jinkludu:
Il-Parrukkiera, Barbiera, Beauticians, Spas, Nail artists, Nail Technicians u Tattooists.
www.facebook.com/ MaltaCouncilVoluntarySector























   2   3   4   5   6