Page 3 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 3

 Avviż legali li jordna l-egħluq ta’ stabbilimenti minħabba l-Pandemija tal-Corona Virus
Fl-avviż legali maħruġ nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu,2020, mis- Supretindent tas-Saħħa ġie ordnat l-egħluq minnufih tal- istabbilimenti kollha.
Dan l-egħluq ġie wara l-isforzi oħra li saru biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Corona Virus billi twaqqaf il-ġemgħat u s-safar.
Dan l-avviż jeskludi dawk ir-restoranti, ħwienet tal-ikel u kjosks li jipprovdu servizz ta’ takeway u dawk il-kċejjen tal-lukandi li se jibqgħu jipprovdu servizz fil-kamra lill-klijenti tagħhom u servizzi lill-komunità.
Postijiet li ġew ordnati jagħlqu huma:
Bars, Ristoranti, Kafetteriji, Ħwienet tal-Ikel, Swali taċ-Ċinema, Mużewijiet, Esebizzjonijiet, Każini, Diskoteki, Night Clubs, il- Monti, Swimming Pools li qegħdin ġewwa, l-iSwimming Pool Nazzjonali, Banek tal-Lottu, Postijiet tal-Gaming, li jinkludu swali fejn tintlagħab it-Tombla, Casinos, u ħwienet fejn isiru l-imħatri.
Fi stqarrija separata nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu, 2020, il-Gvern ikkonferma li l-Iskejjel, Istituzzjonijiet Edukattivi u Childcare Centres se jibqgħu magħluqa tal-inqas sas-17 ta’ April, 2020.
Dan l-egħluq ġie wara l-isforzi oħra li saru biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Corona Virus billi twaqqaf il-ġemgħat u s-safar.
www.maltacvs.org
(ikompli f’paġna 4)
3
























































































   1   2   3   4   5