Page 1 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 1

AQSAM IT-TALENTI TIEGĦEK PERMEZZ TAL-VOLONTARJAT
Żminijiet Eċċezzjonali għal Pajjiżina
F’waħda minn newsletters ‘Żomm Kuntatt’preċedenti li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jippubblika, jien kont ktibt li l-Kunsill huwa determinat li jkun aktar viċin tas-Settur u dan
jista’ jsir ukoll billi nkunu aktar preżenti fil-ħidma tagħkom ħalli flimkien naraw li din l-ħidma tkun waħda aktar effiċenti u utili mingħajr ma jkun hemm idduplikar ta’ riżorsi u fondi.
F’dawn iż-żmienijiet eċċezzjonali li qiegħed jiffaċċja pajjiżna, imma anke d-dinja, fejn xi wħud minnkom qegħdin tagħtu support kbir lill-awtoritajiet tas-Saħħa fejn qegħdin jimpenjaw rwieħhom b’għadd ġmielu ta’ volontiera. Hemm oħrajn li minħabba r-regolamenti maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, kellhom jieqfu kompletament mill-ħidma tagħhom. Dan ifisser telf mhux biss finanzjarju imma aktar importanti minn hekk waqfien tal-ħidma volontarja fis-sostenn tal-kommunitajiet minn fejn joperaw. Din hija daqqa kbira għas-Settur li iżda m’għandhiex taqtalna qalbna għaliex nafu li dan il-perjodu hekk diffiċli ser jiġi megħlub u s-Settur jerġa’ jkompli fejn ħalla.
“Din hija daqqa kbira għas-Settur li iżda m’għandhiex taqtalna qalbna għaliex nafu li dan il-perjodu hekk diffiċli ser jiġi megħlub u s-Settur jerġa’ jkompli fejn ħalla.”
(ikompli f’paġna 2)
   Paġna 01
Paġna 03
Paġna 05
   Segwi u għamel kuntatt magħna:
t: 2248 22481110 @: mcvs.mede@gov.mt www.maltacvs.org www.vofunding.org.mt https://volunteers.mt
          1
Edizzjoni Speċjali
Il-Pandemija Corona Virus
   ŻOMM KUNTATT
MCVS Newsletter F’DIN L-EDIZZJONI
Żminijiet Eċċezzjonali għal Pajjiżna
Avviż Legali li jordna l-għeluq ta’ stabbilimenti minħabba l-Pandemija tal-Corona Virus
X’inhi l-Corona Virus?
  














































































   1   2   3   4   5