Page 7 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 7

        Għalhekk huwa mportanti ħafna li wieħed iżomm distanza ta’ aktar minn żewġ metri bejnu u bejn persuna li hija marida. Huwa mportanti wkoll li nżommu ruħna l-aktar idejna ndaf.
Hemm kura jew tilqima?
Għalissa ma teżisti l-ebda kura. Il-kura li qed tingħata għalissa hija biss biex tikkontrolla s-sintomi. Għalissa għadha ma ħarġitx tilqima kontra l-Corona Virus. Għalhekk, huwa mportanti ħafna li noqogħdu attenti ħalli ma nieħdux u lanqas inxerrdu dan il- virus.
Avviż lill-pubbliku – Kif tiproteġi lilek innifsek?
Biex tipproteġi lilek innifsek ħu ħsieb l-iġene tal-idejn u dik respiratorja, kif ukoll:
• Aħsel idejk bl-ilma u s-sapun għal inqas għal 20 sekonda, u jekk ikollok uża diżinfettant tal-idejn li fih l-alkoħol;
• Meta tagħtas għatti mnieħrek u ħalqek b’tissue jew bil- minkeb;
• Tagħatsx u tisgħolx f’idejk għax jekk tagħmel hekk tkun qed tħalli l virus fuq l-affarijiet li tmiss wara;
• Armi t-tissues fil-laned taż-żibel apposta mill-ewwel u tħallix it-tissues jiġru ‘l hemm u ‘l hawn;
• Tmissx għajnejk, imnieħrek jew ħalqek qabel tkun ħsilt idejk.
• Żomm metru ‘l bogħod meta tkun qed titkellem ma’ xi ħadd
    marid.
(Ikompli f’paġna 8)
 Aħsel idejk bl-ilma u s-sapun għal inqas għal 20 sekonda, u jekk ikollok uża diżinfettant tal-idejn li fih l-alkoħol.
    Meta tagħtas għatti mnieħrek u ħalqek b’tissue jew bil-minkeb.
Evità it-tgħannieq u li tieħu b’idejn in-nies.
    www.facebook.com/ Voluntiera-MALTA
  7
    
















































































   4   5   6   7   8