Page 2 - Zomm Kuntatt Edizzjoni Speċjali
P. 2

AQSAM IT-TALENTI TIEGĦEK PERMEZZ TAL-VOLONTARJAT
  Numru tal-Hotline 7948 1120
Email:
mcvs.mede@gov.mt
 (Ikompli mill-ewwel paġna)
Mingħajr is-Settur tal-Volontarjat pajjiżna jkun tilef qafas importanti fit-tessut soċjali tiegħu.
Madanakollu, hemm bżonn sostenn mill-Gvern u fil-fatt il- Kunsill diġa għamel ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu mall-Prim Ministru ħalli jingħata sostenn xieraq lis-settur li jibqa’ t-tielet pilastru fis-Soċjetà tagħna. Mingħajr is-Settur tal-Volontarjat pajjiżna jkun tilef qafas importanti fit-tessut soċjali tiegħu.
Imma bħala Kunsill irid jibqa’ viċin u għal dan il-għan istitwixxa hotline bin-numru 7948 1120 u l-email address mcvs.mede@ gov.mt sabiex intom tkellmuna u tgħidulna x’inhi s-sitwazzjoni rejali tagħkom. Barra minn hekk l-Kunsill flimkien mal-Kap Eżekuttiv u l-istaff tiegħu ser jibda sensiela ta’ telefonati ħalli aktar minn qatt qabel u speċjalment f’dawn iż-żminijiet xejn faċli fejn ħafna minnkom tinsabu mpenjati aktar bla waqfien, filwaqt li oħrajn kważi weqfin għal kollox, jisma mingħandkom u jara kif jista’ jkun ta’ sostenn għalikom kif dejjem kien u kif ser jibqa’ bħala l-organu uniku li jirrapreżentakom.
Avv. Noel Camilleri LL.D., LL.M.
Chairman, Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat 21 ta’ Marzu 2020.
  Tixtieq issir voluntier/a? Uri l-interess tiegħek billi tirreġistra fuq il-web portal tal-volontarjat:
https://volunteers.mt
          2
    





















































































   1   2   3   4   5